Tuna dal-Milied
it-tradizzjonijiet
biss, ma nħallu
barra xejn
nibbukkjaw l’ikliet
u nsajjru il-ħlewwiet
u għall siġra narmaw tnejn
Dekorazzjonijiet
f’l-irħula u l-ibliet
il-presepji ssib
għall-bejh
flus ġemmajna ftit, għax
rigal kullħadd irid
dan l’ ispirtu tal-Milied
Id-djar inżejnu
bid-dwal żgħar imlewwnin
żmien ħlejju wisq għat-tfal
jitbissmu w ferħanin
Tuna dal-Milied
it- tradizzjonijiet
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
(Accordion Solo)
Id-djar inżejnu
bid-dwal żgħar imlewwnin
żmien ħlejju wisq għat-tfal
jitbissmu u ferħanin
Tuna dal-Milied
it-tradizzjonijiet
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
Issa naħsbu ftit
għall dawk bi bżonnijiet
żgur mhux facli tibq’ għaddej
Ngħinu dal-Milied
naqsmu magħhom tagħna il-gid
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
(Instrumental)
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
(Instrumental)
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
Tuna dal-Milied
it- tradizzjonijiet
ħa ngawduħ flimkien fis-sliem
Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ’il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt…
Biex f’ħajtek ma jirkbukx id-dellijiet
żomm ħarstek lejn ix-xemx…
REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi
Sabiħ li tgħix… iċċedi qatt… dil-ħajja vjaġġ… vjaġġ sabiħ
Lil min iweġġgħek, aħfer, iżżommx ġo fik
Tħallix il-ħsieb ikiddek għax jaf jagħmel bik
Il-ħajja tagħna żmien qasir, tirvinahiex
M’hemmx lok li tixba’ minnha… le!
Mur tkellem qabel titlef l-interess
u ddejqek ħajtek stess…
REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi
Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ’il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt…
REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi
Sa ma jghaddi….Sabiħ li tgħix… Iċċedi qatt… Dil-ħajja vjaġġ
Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien
Kemm igerbeb bla waqfien
Il-futur isir preżent
U f’daqqa jsir passat
Tant jinbidlu ż-żminijiet
Mal-ġenerazzjonijiet
Anki l-moda fl-istaġun
Sen’ oħra tkun spiċċat
REF: Mur ara l-ġuvintur
Terħa u surtun
U t-tfajla b’xi għonnella
Fuq karrettun
Toroq kollha trab
Dawl bil-fanal
Fin-nofs jiġġerrew barra
Xi ċorma tfal
X’differenza llum fit-triq
Lanqas taqsam kif tixtieq
Bil-karozzi kullimkien
Joħonqu il-madwar
Moda nbidlet ta’ taħt fuq
Tkun pulit b’xi jeans miftuq
Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit
Bil-posta jaslu d-dar
BRIDGE: Ma nafx liem’ nippreferih
għax kull żmien ikollu l-ikrah u s-sabiħ
REF: Mur ara l-ġuvintur
Terħa u surtun
U t-tfajla b’xi għonnella
Fuq karrettun
Moda nbidlet ta’ taħt fuq
Tkun pulit b’xi jeans miftuq
Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit
Bil-posta jaslu d-dar
Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien
Kemm igerbeb bla waqfien
Il-futur isir prezent
U f’daqqa jsir Passat
f’daqqa jsir Passat, f’daqqa jsir passat
Persjana tal-lum, javżak bla ma jdum
Il-ħbieb, jekk qamux, fejn qegħdin u ma’ min
Min juri ritratt x’se jiekol fi platt
Kulħadd, fi ftit ħin isir jaf fuq xulxin
Ħasra li ssib min
Mezz jużah ħażin
Wara l-keyboard jgħaddi kollox u kliemu ma jomgħodx
Wisq negattiv
Xi kultant kattiv
U biex jgħid xi ħaġa jikteb fuq in-nies bl-addoċċ
REF: Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid
Billi l-kliem bħaċ-ċirasa ma tgħidx li trid
Mill-ħbieb li jkellmuna le nabbużaw
Biex flok lil ħaddieħor niffastidjaw
Il-ġid nawguraw
Għad-divertiment, mil-lvant u l-punent
Iżżid aktar minn ħabib wieħed fis-suq
Tkun taf il-ġrajjiet tal-aħbarijiet
Mill-grawnd, malajr jgħidlek min qiegħed minn fuq
Qabel kull kumment
Oqgħod ftit attent
Kelma nieqsa aħjar minn żejda, tagħmel żgur suċċess
Għax l-uġigħ iżid
Lill-batut, marid
Min jaf kieku dak li ktibt kien fuq familtek stess?
Wassal ix-xewqat
Taffi l-weġgħat
Aħseb qabel tikkummenta u kun pożittiv
REF: Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid eċċ…
X’tagħmel m’għandekx, poġġejt bilqiegħda
Illoggjajt bdejt tqalleb, ma’ min se tehda?
Il-burdata nzertat waħda mhux mit-tajbin..
Kull m’qed jitla’ quddiemek, qed tara kollox ħażin!!
Il-kuxjenza qed tniggżek, la tkunx negattiv!
Għandek dritt tikkritika basta b’mod kostruttiv,
Jekk l-għeneb ma lħaqtx, qatt tgħid li hu qares,
Għax qares kemm hu qares, aħjar tiekol milli tħares!
Kelma żejda lanqas għall-avukat jaf ma tkun ta’ vantaġġ,
B’kelma tajba jaf bl-aqwa mod twassal messaġġ!
Tinħebiex wara l-liberta` tal-espressjoni,
Minn titlu jew ritratt tasalx għal konklużjoni!
Tiblax kull ma tisma’ u tara fil-midja soċjali..
U attent kif tużaha jaf issir midja letali!!
Qis mitt darba u aqta’ darba! Tiegħek innifsek kun is-sid!
Ftakar li bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid…
REF: Bil-kelma t-tajba ma troddx ħlief ġid eċċ…
Jintasbu biswit il-qronfol
Kif tbatti x-xemx sajfija
Daqqet mota l-Ave Maria
Tliet kitarri jintunaw
Mal-ħemda l-ġmiel tan-noti
Titqanqal is-simpatija
Sole Mio, Santa Luċija
Mare Chiare C’est si bon
Il-bniedem li dar id-dinja
U vjaġġa l-ibliet magħrufa
Qasam l-ibħra, ra l-muntanji
Ma jnessukx il-ġmiel dik l-art
Ix-xewqa tal-kuntentizza
Ta’ ħajja mingħajr problemi
Hi l-ħolma li tidwi f’ruħna
Taf tkun qrib bla ma nindunaw
Raxx ta’ memorji għaddejjin
Donnha x-xita nieżla
Min jaf x’sar minnhom tul is-snin
Kont nieħu gost nisma’