“Il-bniedem fassal il-ħajja għalih biss. Min jaf kieku l-għasfur kellu s-senter f’idu? Min jaf kieku ż-żiemel isuq il-karozzin hu? Żgur jagħmlu affarijiet differenti milli nagħmluhom aħna. In-natura kapaċi tgħix f’armonija ta’ kuluri u sliem li l-bniedem mhux kapaċi joħloq. Anki l-lingwa stess tpoġġi lilna l-ewwel, nagħmlu li jaqblilna, tellieqa għal min jilħaq l-ewwel għeneb, nimxu bil-ħbieb u nagħmlu li jaqbel lilna u lilna biss. U biex nagħmlu dan ħarbatna d-dinja; baħar kollu plastik, temperaturi jinbidlu u dħaħen fin-nifs li rridu nieħdu aħna stess. Imma xi ħadd daħħalhielna f’rasna li d-dinja tagħna biss… u sakemm nibqgħu nemmnu hekk, is-sitwazzjoni tkompli sejra lura.”