Lyrics
Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien
Kemm igerbeb bla waqfien
Il-futur isir preżent
U f’daqqa jsir passat
Tant jinbidlu ż-żminijiet
Mal-ġenerazzjonijiet
Anki l-moda fl-istaġun
Sen’ oħra tkun spiċċat
REF: Mur ara l-ġuvintur
Terħa u surtun
U t-tfajla b’xi għonnella
Fuq karrettun
Toroq kollha trab
Dawl bil-fanal
Fin-nofs jiġġerrew barra
Xi ċorma tfal
X’differenza llum fit-triq
Lanqas taqsam kif tixtieq
Bil-karozzi kullimkien
Joħonqu il-madwar
Moda nbidlet ta’ taħt fuq
Tkun pulit b’xi jeans miftuq
Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit
Bil-posta jaslu d-dar
BRIDGE: Ma nafx liem’ nippreferih
għax kull żmien ikollu l-ikrah u s-sabiħ
REF: Mur ara l-ġuvintur
Terħa u surtun
U t-tfajla b’xi għonnella
Fuq karrettun
Moda nbidlet ta’ taħt fuq
Tkun pulit b’xi jeans miftuq
Ħwejjeġ tordna, ħadd ma jħit
Bil-posta jaslu d-dar
Xejn ma jwaqqfu jiġri ż-żmien
Kemm igerbeb bla waqfien
Il-futur isir prezent
U f’daqqa jsir Passat
f’daqqa jsir Passat, f’daqqa jsir passat