Lyrics
Innutajt kemm jiġri ż-żmien?
Xogħol war’ieħor bla waqfien Qatt ma nsibu ftit tal-ħin għalina stess Bla paċenzja għal xulxin Ġirja waħda kontra l-ħin Gass mal-pjanċa, ta’ kuljum jiżdied l-istress
F’dir-rutina kemm se ndumu
Uri fehmtek tinħebiex Ejja ‘l hawn u agħmel bħali B’ħafna ħidma titgħabbiex Tinkedd xejn, m’hemmx għalfejn Ieqaf ftit, għal hawn m’aħniex
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh
Darba ngħixu, tinkwetax
Toqol żejjed la terfax Kull mument rigal, tkunx int li tirvinah Bix-xogħol żejjed ħotba ssir Gawdi ħajtek, tkunx ilsir Ħudha frank illum għax għada ħadd ma rah
Tħalli qatt id-dinja tirkbek
Itfi l-mobile, tinħeliex Jekk irid iċempel għada Tirrispondi m’hemmx għalxiex Minn din l-art m’għandna xejn Ħu ftit brejk, għal hawn m’aħniex
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh
Ponn karawett waqt logħba karti
Ċajta jew tnejn Grokk mal-kafè… ħajja ta’ Rè
Ħalli rasek fejn issibha
Tkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh
Ħalli rasek fejn issibha Tkun ‘l hawn għaddi, l-bieb miftuħ Poġġi, l-ftira sħuna tajba Flixkun aħmar inniżżluh