Vjaġġ Sabiħ
Lyrics
Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ’il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt…
Biex f’ħajtek ma jirkbukx id-dellijiet
żomm ħarstek lejn ix-xemx…
REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi
Sabiħ li tgħix… iċċedi qatt… dil-ħajja vjaġġ… vjaġġ sabiħ
Lil min iweġġgħek, aħfer, iżżommx ġo fik
Tħallix il-ħsieb ikiddek għax jaf jagħmel bik
Il-ħajja tagħna żmien qasir, tirvinahiex
M’hemmx lok li tixba’ minnha… le!
Mur tkellem qabel titlef l-interess
u ddejqek ħajtek stess…
REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi
Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ’il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt…
REF: Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih… sa ma jgħaddi
Sa ma jghaddi….Sabiħ li tgħix… Iċċedi qatt… Dil-ħajja vjaġġ