Artiġja
November 7, 2021
12:00 pm
Valletta
Muża
Google Map

Kull sena waqt l-SME Week issir attivita li tkun maħsuba biex tippromovi il-kumpaniji ż-żgħar li joperaw fis settur kulturali u kreattiv.

Din is sena il-Malta Crafts Foundation, bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Kummerċ u bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta ħasbu biex issir attivita – ARTIĠJA – fejn ix-xogħolijiet artistiċi u artiġjanali setgħu jiġu apprezzati taħt saqaf wieħed.

Il-Pubbliku li jżur il-Belt Valletta fil-weekend tal-5 u s-7 ta Novembru ser ikollhom l-opportunita’ li jesploraw il-mużew ta’ MUŻA u jaraw il-kollezzjoni bi prezz ridott ta’ dħul (€5) u anke ħinijiet estiżi ta’ dħul. Fil-kurituri f’ MUŻA ser ikun hemm diversi artiġjana jesebixxu u jbiegħu l-prodotti tagħhom magħmulin bl-idejn f’pajjiżna, u anke ser ikun hemm artiġjana oħra fi Pjazza de Vallette.

Ser ikun possibli ukoll li l-pubbliku jattendi ‘workshops’, taħdidiet u demostrazzjonijiet fuq il-bizzilla, filigranu u anke pasturi tradizzjonali Maltin.

Ir-restaurant ta’ MUŻA ser ikun miftuħ (is-Sibt u l-Ħadd) b’menu a la carte u anke xi speċjalitajjiet Maltin, filwaqt li ser ikun hemm mużika u kant (Steve u Mariele, Amber, u l-grupp popolari Kantera) matul l-attivita’. Se tkun attivita’ sabiħa li tkun qed tippromovi il-kultura Maltija u t-talent Malti, u anke l-ispirtu entraprenditorjali u għalhekk inħeggu l-pubbliku jattendi.

Aktar informazzjoni fuq ħinijiet ta’ ftuħ u ta’ attivitajjiet oħra jistgħu jinkisbu mill-paġna tal-Malta Crafts li tinsab fuq is-sit tal-medja soċjali Facebook, jew b’imejl fuq events@maltacrafts.org