• Home
  • Biography
  • Music
  • Gallery
  • Videos
  • Events
  • Contact

David Bonello

It-Tielet Post F’Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija

April 1, 2021 by David Bonello

Kienet ħolma tagħna li saret realta bl-għan li tressaq il-ġeneru folk tradizzjonali Malti ma’ dak modern sabiex dak li hu Malti inżommuħ ħaj għal ġenerazzjonijiet futuri.

Ħadniha bħala avventura mill-bidu nett meta tfajna l-applikazzjoni peress li konna qegħdin noħolqu still u kunċett ġdid. L-emmozzjonijiet tagħna kienu kbar meta ħabbru li konna għaddejna għal fażi tas-semifinali, aktar u aktar meta għaddejna għal finali.

M’għandniex kliem biex niddeskrivu kemm ninsabu kuntenti u onorati! Għalkemm din hija l-ewwel prestazzjoni tagħna bħala band, ikklassifikajna fit-tielet post grazzi għallfiduċja tagħkom. Il-kanzunetta L-Ewwel Jien hija fuq il-kompożizzjoni ta Elton Zarb u lirika ta Joe Julian Farrugia li aħna nirringrazzjawhom ta li emmnu fina mill-bidu nett. Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija ġie fi tmiemu il-weekend li għadda iżda dan kien biss il-bidu ta’ avventura twila flimkien li żgur ser tisimgħu aktar materjal oriġinali minn tagħna fil-futur.

STAY UPDATED

Subscribe to our mailing list and get updated with out latest news

COPYRIGHT © 2025 KANTERA MALTA

ALL RIGHTS RESERVED